26.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 107/26
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Frar 2008 — Apple Computer International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-82/06) (1)
(“Rikors għal annullament - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda - Persuna li m'hijiex individwalment ikkonċernata - Inammissibbiltà’)
(2008/C 107/43)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Apple Computer International (Cork, l-Irlanda) (rappreżentanti: G. Breen, solicitor, P. Sreenan, SC, u B. Quigley, barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis u J. Hottiaux, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2171/2005, tat-23 ta' Diċembru 2005, dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 346, p. 7).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Apple Computer International hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 108, 6.5.2006.
Full & Egal Universal Law Academy