16.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 11/26
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-20 ta’ Ottubru 2009 — Lebard vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-89/06) (1)
(“Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”)
2010/C 11/52
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Daniel Lebard (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. de Guillenchmidt, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn É. Gippini Fournier u F. Amato, sussegwentement minn M. Gippini Fournier, aġenti)
Suġġett
B’mod partikolari talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu, minn naħa, talba għal rieżami tal-osservanza mill-kumpannija Aventis tal-obbligi li jirriżultaw mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Awwissu 1999, fil-Każ IV/M.1378 — Hoechst/Rhône-Poulenc u, min-naħa l-oħra, it-talba għar-revoka tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Lulju 1999, fil-Każ IV/M.1517 — Rhodia/Donau Chemie/Albright & Wilson.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
D. Lebard għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
(3)
M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ Valauret SA.
(1) ĠU C 131, 3.6.2006.
Full & Egal Universal Law Academy