13.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 37/36
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta' Diċembru 2009 — Inet Hellas vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-107/06) (1)
(“Rikors għal annulament - Implimentazzjoni tad-dominju tal-ogħla livell “.eu” - Reġistrazzjoni tad-dominju “.co” bħala dominju tat-tieni livell - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)
2010/C 37/49
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Inet Hellas Ilektroniki Ipiresia Pliroforion EPE (Inet Hellas) (Ateni, Il-Greċja) (rappreżentant: V. Chatzopoulos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos u E. Montaguti, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Jannar 2006, dwar iċ-ċaħda mill-entità responsabbli għall-organizzazzjoni, għall-amministrazzjoni u għall-ġestjoni tad-dominju tal-ogħla livell “.eu” tat-talba tar-rikorrenti intiża għar-reġistrazzjoni tad-dominju “.co” bħala dominju tat-tieni livell.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Inet Hellas Ilektroniki Ipiresia Pliroforion EPE (Inet Hellas) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 190. 12.8.2006.
Full & Egal Universal Law Academy