23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/42
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 — Vodafone España u Vodafone Group vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-109/06) (1)
(“Rikors għal annullament - Direttiva 2002/21/KE - Ittra ta' kummenti tal-Kummissjoni - Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att li ma jirrigwardax lir-rikorrent b'mod dirett - Inammissibbiltà’)
(2008/C 51/78)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Vodafone España u Vodafone Group (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Flynn, QC, E. McKnight u K. Fountoukakos-Kyriakakos, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Shotter u K. Mojzesowicz, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, abogado del Estado)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni allegatament misjuba fl-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2006 indirizzata lill-Comisión del Mercado de las Telecomunicaciones, abbażi ta' l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/21/KE tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, p. 33).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Vodafone España u Vodafone Group għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk sostnuti mill-Kummissjoni.
3)
Ir-Renju ta' Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 131, 3.6.2006.
Full & Egal Universal Law Academy