12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/28
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-31 ta' Jannar 2008 — Aluminium Silicon Mill Products vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-151/06) (1)
(“Dumping - Rifużjoni tad-dazji kontra d-dumping - L-annullament tar-Regolament li jistabbilixxi dazju definittiv kontra d-dumping - Mhemmx lok għal deċiżjoni - Deċiżjoni dwar l-ispejjeż’)
(2008/C 92/56)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aluminium Silicon Mill Products GmbH (Zug, L-Iżvizzera) (rappreżentanti: L. Ruessmann u A. Willems, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Stancanelli u T. Scharf, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1183 finali, tat-3 ta' April 2006, li tiċħad parzjalment it-talbiet intiżi għar-rifużjoni ta' dazji kontra d-dumping imħallsa fuq importazzjonijiet ta' silikon li joriġina mir-Russja.
Dispożittiv
1)
Mhemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 178, 27.7.2006.
Full & Egal Universal Law Academy