20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/24
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Settembru 2008 — Powderject Research vs UASI (POWDERMED)
(Kawża T-166/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali POWDERMED - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 327/45)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Powderject Research Ltd (Oxford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Bryson, barrister, u P. Brownlow, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta' April 2006 (Każ R 1189/2005-2) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali POWDERMED bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Powderject Research Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 190, 12.8.2006.
Full & Egal Universal Law Academy