24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/26
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-4 ta’ Settembru 2009 — Inalca u Cremonini vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-174/06) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Investigazzjoni tal-OLAF dwar irregolaritajiet fir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ laħam taċ-ċanga u tal-vitella lejn il-Ġordan - Komunikazzjoni lil awtoritajiet nazzjonali ta’ informazzjoni dwar fatti li jistgħu jwasslu għal proċeduri kriminali - Deċiżjoni nazzjonali ta’ rkupru ta’ rifużjonijiet - Kostituzzjoni ta’ garanziji - Rikors għad-danni - Terminu ta’ preskrizzjoni - Natura kontinwa tad-dannu - Inammissibbiltà parzjali - Rabta kawżali”)
2009/C 256/48
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Inalca SpA — Industria Alimentari Carni (Castelvetro, l-Italja); u Cremonini SpA (Castelvetro) (rappreżentanti: F. Sciandone u C. D’Andria, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Nolin u V. Di Bucci, aġenti)
Suġġett
Rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali intiż għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara l-komunikazzjoni lill-awtoritajiet Taljani tal-konklużjonijiet, li jimplikaw lir-rikorrenti, ta’ investigazzjoni ġestita mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) sabiex jiġi vverifikat jekk ċerti rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ laħam taċ-ċanga u tal-vitella lejn il-Ġordan kinux skont il-liġi.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Inalca SpA — Industria Alimentari Carni u Cremonini SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 190, 12.8.2006.
Full & Egal Universal Law Academy