21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/46
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Diċembru 2008 — RSA Security Ireland vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-227/06) (1)
(“Rikors għal annullament - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda - Persuna mhux individwalment ikkonċernata - Inammissibbiltà’)
(2009/C 44/80)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: RSA Security Ireland Ltd (Shannon, l-Irlanda) (rappreżentanti: B. Conway, barrister, u S. Daly, sollicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis u J. Hottiaux, agenti)
Suġġett
Talba għall-annulament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 888/2006, tas-16 ta' Ġunju 2006, dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 165, p. 6).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
RSA Security Ireland hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 249, 14.10.2006.
Full & Egal Universal Law Academy