20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/25
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Ottubru 2008 — Austrian Relief Programm vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-235/06) (1)
(“Rikors għal annullament - Finanzjament Komunitarju ta' operazzjoni għat-titjib tal-kundizzjonijiet ta' għixien fl-ex Jugoslavja bil-għan li jiġi inkoraġġit ir-ritorn tar-refuġjati u tal-persuni spostati - Programm Obnova - Klawżola ta' arbitraġġ - Nota ta' debitu - Inammissibbiltà’)
(2008/C 327/46)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Austrian Relief Programm — Verein für Not- und Katastrophenhilfe (Innsbruck, l-Awstrija) (rappreżentant: C. Leyroutz, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Šimerdová, aġent, assistit minn R. Bierwagen, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tan-nota ta' debitu tal-4 ta' Mejju 2006 li permezz tagħha l-Kummissjoni ordnat lir-rikorrent jirrifondi l-ammonti mħallsa b'eżekuzzjoni tal-kuntratt dwar il-finanzjament Komunitarju tal-proġett “Republika Srpska 1998: Titjib tal-kundizzjonijiet ta' għixien bil-għan li jiġi inkoraġġit ir-ritorn tar-refuġjati u tal-persuni spostati” (Kuntratt Nru RE/YOU/03/04/98), konkluż fil-kuntest tal-programm Obnova.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Austrian Relief Programm — Verein für Not- und Katastrophenhilfe huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 261, 28.10.2006.
Full & Egal Universal Law Academy