7.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 142/25
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' April 2008 — Landtag Schleswig-Holstein vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-236/06) (1)
(“Rikors għal annullament - Aċċess għad-dokumenti - Parlament reġjonali - Nuqqas ta' locus standi - Inammissibbiltà’)
(2008/C 142/45)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Landtag Schleswig-Holstein (il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Laskowski u J. Caspar)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u C. Ladenburger, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Marzu u tat-23 ta' Ġunju 2006, li jiċħdu lir-rikorrent l-aċċess għad-dokument SEC(2005) 420, tat-22 ta' Marzu 2005, li jinkludi evalwazzjoni ġuridika ta' l-abbozz ta' deċiżjoni qafas, diskuss fil-Kunsill, dwar iż-żamma tad-data pproċessata u maħżuna fir-rigward tal-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi aċċessibbli għall-pubbliku jew data trażmessa permezz ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet pubbliċi, għall-finijiet tal-prevenzjoni, ta' l-investigazzjoni, tas-sejbien, tal-prosekuzzjoni ta' delitti u ta' ksur kriminali, inkluż it-terroriżmu.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Mhemmx iktar lok għal deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent.
3)
Il-Landtag Schleswig-Holstein għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll dawk inkorsi mill-Kummissjoni, minbarra dawk marbuta mat-talbiet għal intervent.
4)
Il-Landtag Schleswig-Holstein, il-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mat-talbiet għal intervent.
(1) ĠU C 261, 28.10.2006.
Full & Egal Universal Law Academy