1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/50
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Mejju 2009 — Meyer-Falk vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-251/06) (1)
(“Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u r-riforma ġudizzjarja fil-Bulgarija - Rifjut ta’ aċċess - Kawża tisfa mingħajr suġġett matul il-proċedura - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
2009/C 180/93
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Thomas Meyer-Falk (Bruchsal, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Crosby, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u A. Antoniadis, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-6 ta’ Novembru 2006, li biha r-rikorrent ġie rrifjutat l-aċċess għal żewġ dokumenti dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u r-riforma ġudizzjarja fil-Bulgarija.
Dispożittiv
1)
M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 236, 13.9.2008.
Full & Egal Universal Law Academy