5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/34
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008 — Arktouros vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-260/06) (1)
(“Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 1655/2000 - Tneħħija ta' l-għajnuna finanzjarja mogħtija għal proġett ekoloġiku - Deċiżjoni li ttemm il-proġett u li tordna l-ħlas lura tas-somom mogħtija bil-quddiem - Att konfermattiv - Skadenza tat-terminu biex jitressaq rikors - Inammissibbiltà’)
(2008/C 171/63)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Etairia prostasias kai diacheirisis fysikou perivallontos kai agrias zoïs Arktouros (Tessaloniki, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u N. Keramidas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Konstantinidis, aġent)
Suġġett
Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni E(2006) 3181 finali, tas-6 ta' Lulju 2006, li minn naħa, ittemm proġett li jikkonċerna azzjonijiet ta' konservazzjoni fil-Park Nazzjonali ta' Pindos ta' Fuq (il-Greċja) (Ellas — LIFE03/NAT/GR/000089), u, min-naħa l-oħra, tordna l-ħlas lura tal-ħlas bil-quddiem mogħti lir-rikorrenti bħala sostenn finanzjarju Komunitarju li kien ingħatalha skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003) 2919 finali, ta' l-4 ta' Settembru 2003
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inamissibbli.
2)
Etairia prostasias kai diacheirisis fysikou perivallontos kai agrias zoïs Arktouros għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.
(1) ĠU C 281, 18.11.2006.
Full & Egal Universal Law Academy