26.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 233/15
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Lulju 2009 — Evropaïki Dynamiki vs BĊE
(Kawża T-279/06) (1)
(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja - Provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza u ta’ żvilupp informatiku favur il-BĊE - Ċaħda ta’ offerta u deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerenti oħrajn - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Raġuni għall-esklużjoni - Awtorizzazzjoni li għandha tingħata minn awtorità nazzjonali - Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt u parzjalment manifestament inammissibbli”)
2009/C 233/25
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u N. Keramidas, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. von Lindeiner u G. Gruber, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), tal-31 ta’ Lulju 2006, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura negozjata għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza u ta’ żvilupp informatiku favur il-BĊE, kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerenti oħrajn.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 294, 2.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy