10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/29
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Novembru 2008 — Lemaître Sécurité vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-301/06) (1)
(“Rikors għal annullament - Dumping - Importazzjonijiet ta' żraben b'maskaretta ta' protezzjoni li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Indja - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq il-proċedura antidumping - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà manifesta’)
(2009/C 6/60)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Lemaître Sécurité SAS (La Walck, Franza) (rappreżentant: D. Bollecker, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet u C. Giolito, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Associazione nazionale calzaturifici italiani (Milan, l-Italja) (rappreżentant: D. Bollecker, avukat)
Suġġett
L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2006/582/KE, tat-28 ta' Awwissu 2006, li tagħlaq il-proċedura antidumping dwar l-importazzjonijiet ta' żraben b'maskaretta ta' protezzjoni li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Indja (ĠU 2006, L 234, p. 33)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Lemaître Sécurité SAS għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.
3)
L-Associazione nazionale calzaturifici italiani għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 326, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy