15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/53
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Ġunju 2008 — FMC Chemical u Arysta Lifesciences vs EFSA
(Kawża T-311/06) (1)
(Rikors għal annullament - Rikors għad-danni - Direttiva 91/414/KEE - Prodotti għall-ħarsien tal-pjanti - Avviż ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà)
(2008/C 209/94)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: FMC Chemical SPRL (Brussel, il-Belġju) u Arysta Lifesciences SAS (Noguères, Franża) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avocats)
Konvenuta: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (rappreżentanti: l-ewwel A. Cuvillier u D. Detken, wara A. Cuvillier u S. Gabbi, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: European Crop Protection Association (ECPA) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Waelbroeck u N. Rampal, avocats)
Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: B. Doherty, aġent)
Suġġett
Minn naħa, rikors għall-annullament ta' l-avviż ta' l-EFSA tat-28 ta' Lulju 2006, dwar l-evalwazzjoni tas-sustanza attiva carbofuran skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta' Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, p. 1), u min-naħa l-oħra, rikors għal kumpens għad-dannu subit.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
FMC Chemical SPRL, Arysta Lifesciences SAS, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, il-European Crop Protection Association (ECPA) u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 326, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy