30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/40
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Lulju 2008 — Espinosa Labella et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-322/06) (1)
(Rikors għal annullament - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi - Deċiżjoni 2006/613/KE - Lista ta' siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju - Att li jista' jiġi kkontestat - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà)
(2008/C 223/68)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Manuel José Espinosa Labella (Almería, Spanja); Josefa Labella Dávalos (Almería); María Pilar Espinosa Labella (Almería); María José Espinosa Labella (Almería); Tomasa Peñuela Ortiz (Almería); Tomás Espinosa Peñuela (Almería); Francisco José Espinosa Peñuela (Mairena del Aljarafe, Spanja); Juan Manuel Espinosa Peñuela (Madrid, Spanja); María Lourdes Espinosa Peñuela, (Almería); Adela Espinosa Peñuela (Almería); Jorge Jesús Espinosa Peñuela (Almería); L-eredi ta' Rafael Espinosa Peñuela (Almería) (rappreżentant: M. J. Rovira Daudí, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u D. Recchia, aġenti)
Intervenjent in sostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, abogado del Estado)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE tad-19 ta' Lulju 2006 li tadotta, skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku ta' siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju (ĠU L 259, p. 1), safejn tindika s-sit imsejjaħ “Artos de El Ejido”, li fih jinsabu l-artijiet tar-rikorrenti, bħala sit ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Manuel José Espinosa Labella, Josefa Labella Dávalos, María Pilar Espinosa Labella, María José Espinosa Labella, Tomasa Peñuela Ortiz, Tomás Espinosa Peñuela, Francisco José Espinosa Peñuela, Juan Manuel Espinosa Peñuela, María Lourdes Espinosa Peñuela, Adela Espinosa Peñuela, Jorge Jesús Espinosa Peñuela u l-eredi ta' Rafael Espinosa Peñuela huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.
3)
Ir-Renju ta' Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 326, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy