30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/41
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Lulju 2008 — Fresyga vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-323/06) (1)
(Rikors għal annullament - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats u tal-fawna u l-flora selvaġġa - Deċiżjoni 2006/613/KE - Elenku tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran - Att kontestabbli - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà)
(2008/C 223/69)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Fresyga SA (Almería, Spanja) (rappreżentant: M.J. Rovira Daudí, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro et D. Recchia, agenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE, tad-19 ta' Lulju 2006, li tistabbilixxi, bl-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran (ĠU L 259, p. 1), safejn hija tindika s-sit magħruf bħala “Ramblas de Gergal, Tabernas y Sur de Sierra Alhamilla”, li fuqu tinsab l-art tar-rikorrenti, bħala sit ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Fresyga, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
(1) ĠU C 326, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy