8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/40
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Município de Gondomar vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-324/06) (1)
(“Rikors għal annullament - Fond ta' Koeżjoni - Regolament (KE) Nru 1164/94 - Revoka ta' għajnuna finanzjarja - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà’)
(2008/C 285/73)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Município de Gondomar (Il-Portugall) (rappreżentanti: J. da Cruz Vilaça, D. Choussy u L. Pinto Monteiro, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u A. Weimar, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3782 tas-16 ta' Awwissu 2006, dwar ir-revoka tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond ta' Koeżjoni għall-proġett nru 95/10/61/017 intitolat “Żvilupp ta' Grand Porto Sud — Subsistema ta' Gondomar”
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa micħud bħala inammissibbli.
2)
Município de Gondomar għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni, inklużi l-ispejjeż relattivi għall-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 326, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy