12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/28
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Frar 2008 — Altana Pharma vs L-UASI — Avensa (PNEUMO UPDATE)
(Kawża T-327/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċeduri ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PNEUMO UPDATE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Pneumo - Rikors in parti manifestament inammissibbli u in parti manifestament mhux fondat fid-dritt’)
(2008/C 92/57)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Altana Pharma AG (Constance, Il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Becker)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)
Parti oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Avensa AG (Zoug, L-Iżvezja)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-11 ta' Settembru 2006 (każ R 668/2005-2) dwar proċeduri ta' oppożizzjoni bejn Avensa AG u Altana Pharma AG.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala, in parti, manifestament inammissibli u, in parti manifestament mhux fondat fid-dritt.
2)
Altana Pharma AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 326, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy