30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/41
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Lulju 2008 — Complejo Agrícola vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-345/06) (1)
(“Rikors għal annullament - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni ta' l-habitat naturali u tal-fawna u tal-flora selvaġġi - Deċiżjoni 2006/613/KE - Elenku ta' siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju - Att kontestabbli - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà’)
(2008/C 223/70)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Complejo Agrícola, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. Menéndez Menéndez u G. Yanguas Montero, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u D. Recchia, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, abogado del Estado)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali ta' l-Artikolu 1 u ta' l-Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE tad-19 ta' Lulju 2006, li tadotta, skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku ta' siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju (ĠU L 259, p. 1), safejn din tindika s-sit magħruf bħala “Acebuchales de la Campiña sur de Cádiz”, li fuqu jinsab razzett li huwa proprjetà tar-rikorrenti, bħala sit ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Complejo Agrícola, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
3)
Ir-Renju ta' Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 20, 27.1.2007.
Full & Egal Universal Law Academy