18.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/26
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-18 ta’ Frar 2009 – IMS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-346/06) (1)
(“Rikors għal annullament u għad-danni - Direttiva 98/37/KE - Magni li għandhom il-marka ‘KE’ - Riskji għas-sigurtà tal-persuni - Miżura nazzjonali ta’ projbizzjoni - Opinjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-miżura ġġustifikata - Rikors għal annullament - Irtirar tal-att ikkontestat - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għad-danni - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza - Inammissibbiltà”)
2009/C 90/42
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Industria Masetto Schio Srl (IMS) (Schio, l-Italja) (rappreżentanti: F. Colonna u T. Romolotti, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Zadra u D. Lawunmi, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentant: G. de Bergues, aġent)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tal-opinjoni tal-Kummissjoni C (2006) 3914, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar miżura ta’ projbizzjoni ta’ ċerti preses mekkaniċi tal-marka IMS adottata mill-awtoritajiet Franċiżi MD-2001-64 u, min-naħa l-oħra, rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti b’riżultat tal-adozzjoni ta’ din l-opinjoni.
Dispożittiv
1)
M’hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal annullament.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
3)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tal-proċeduri għal miżuri provviżorji. Fir-rigward tal-kumplament, il-Kummissjoni u Industria Masetto Schio Srl (IMS) għandhom ibatu, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż.
4)
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 20, 27.1.2007.
Full & Egal Universal Law Academy