30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/42
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Lulju 2008 — Calebus vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-366/06) (1)
(Rikors għal annullament - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi - Deċiżjoni 2006/613/KE - Lista ta' siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju - Att li jista' jiġi kkontestat - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibilità)
(2008/C 223/72)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Calebus SA (Almería, Spanja) (rappreżentant: R. Bocanegra Sierra, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u D. Recchia, aġenti)
Intervenjent in sostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, abogado del Estado)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE tad-19 ta' Lulju 2006 li tadotta, skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku ta' siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju (ĠU L 259, p. 1), safejn tindika s-sit imsejjaħ “Ramblas de Gergal, Tabernas y Sur de Sierra Alhamilla”, li fih tinsab l-art tar-rikorrenti, bħala sit ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Calebus, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.
3)
Ir-Renju ta' Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 20, 27.1.2007.
Full & Egal Universal Law Academy