7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/25
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Diċembru 2008 — Bomba Energia Getränkevertriebs GmbH vs UASI — Eckes-Granini (Bomba)
(Kawża T-372/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni’)
(2009/C 55/45)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bomba Energia Getränkevertriebs GmbH (Rohrbach, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Kockläuner, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Kicia, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Eckes-Granini Group GmbH, li qabel kienet Eckes-Granini GmbH & Co. KG (Nieder-Olm, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Berlit, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta' Ottubru 2006 (Każ R 184/2005-2) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Eckes-Granini GmbH & Co. KG u Bomba Energia Getränkevertriebs GmbH.
Dispożittiv
1)
M'għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Bomba Energia Getränkevertriebs GmbH u Eckes-Granini Group GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom, kif ukoll għal nofs l-ispejjeż kull wieħed tal-Ufiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).
(1) ĠU C 42, 24.2.2007.
Full & Egal Universal Law Academy