8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/41
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Settembru 2008 — Rath vs UASI — Grandel (Epican)
(Kawża T-374/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Epican - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti EPIGRAN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Rikors manifestament infondat fid-dritt’)
(2008/C 285/75)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Matthias Rath (Cape Town, l-Afrika ta' isfel) (rappreżentanti: S. Ziegler, C. Kleiner u F. Dehn, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Dr. Grandel GmbH (Augsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Hodapp, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta' Ottubru 2006 (Każ R 1324/2005-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Dr. Grandel GmbH u Matthias Rath.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt
2)
Matthias Rath għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) u ta' Dr. Grandel GmbH.
(1) ĠU C 42, 24.2.2007.
Full & Egal Universal Law Academy