15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/54
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Ġunju 2008 — Dow AgroSciences vs EFSA
(Kawża T-397/06) (1)
(Rikors għal annullament - Rikors għal responsabbiltà - Direttiva 91/414/KEE - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Opinjoni ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà)
(2008/C 209/96)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dow AgroSciences Ltd (Hitchin, Hertfordshire, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)
Konvenuta: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (rappreżentanti: l-ewwel A. Cuvillier u D. Detken, wara A. Cuvillier u S. Gabi, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Parpala u B. Doherty, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament ta' l-opinjoni ta' l-EFSA tat-28 ta' Lulju 2006, dwar l-evalwazzjoni tas-sustanza attiva haloxyfop-R skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta' Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, p. 1), u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-dannu sostnut
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Dow AgroSciences Ltd, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u l-Kummissjoni għandhom ibagħtu l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 42, 24.2.2007.
Full & Egal Universal Law Academy