Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2007 –
Portela & Companhia vs UASI – Torrens Cuadrado u Sanz (Bial)
(Kawża T-10/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Bial – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BIAL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Prova ta’ l-eżistenza tat-trade mark preċedenti – Koeżistenza ta’ trade marks preċedenti – Motiv li jimmodifika s-suġġett tal-kawża – Provi ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza – Spejjeż sostnuti quddiem id-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni”
1. Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet minn terzi u oppożizzjoni – Eżami ta’ l-oppożizzjoni – Provi tar-reġistrazzjoni jew tal-preżentazzjoni tat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Regola 16(2)) (ara l-punt 34)
2. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu (ara l-punt 76)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI ta’ l-14 ta’ Settembru 2005 (Każ R 897/2004-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Juan Torrens Cuadrado u Josep Gilbert Sanz, minn naħa, u Portela & Companhia, SA, min-naħa l-oħra.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Portela & Companhia, SA
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva Bial – Applikazzjoni Nru 1400183
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni :
Juan Torrens Cuadrado u Josep Gilbert Sanz
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni :
Trade mark Spanjola verbali BIAL
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-oppożizzjoni:
Talbiet tal-parti li qed topponi milqugħha parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Deċiżjoni tad-diviżjoni ta’ l-oppożizzjoni kkonfermata kollha kemm hi
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) ta’ l-14 ta’ Settembru 2005 (Każ R897/2004-1) hija annullata safejn tordna lir-rikorrenti tbati s-somma ta’ EUR 600 għall-ispejjeż sostnuti minn Torrens Caudrado u Gilbert Sanz għall-finijiet tal-proċediment ta’ oppożizzjoni.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Portela & Companhia, SA għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-UASI.
Full & Egal Universal Law Academy