Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2009 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-21/06)
“Għajnuna mill-Istat –Televiżjoni diġitali terrestri – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lix-xandara li jużaw in-netwerk ta’ televiżjoni diġitali terrestri (DVB T) fir-reġjun ta’ Berlin Brandenburg – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha – Prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ proporzjonalità – Drittijiet tad-difiża”
1. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Possibbiltà li jiġu adottati linji gwida (Artikolu 87(3) KE) (ara l-punti 50, 51)
2. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Drittijiet tad-difiża (ara l-punti 77-79)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/513/KE, tad-9 ta’ Novembru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB T) fir-reġjun ta’ Berlin Brandenburg (ĠU 2006, L 200, p. 14).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy