Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Settembru 2010 – Trioplast Wittenheim vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-26/06)
“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-boroż industrijali tal-plastik – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Tul tal-ksur – Multi – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Kooperazzjoni waqt il-proċedura amministrattiva – Proporzjonalità”
1. Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur - Oneru tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prova tal-ksur u tat-tul tiegħu - Portata tal-oneru tal-prova - Oneru tal-impriża fir-rigward tal-prova li ddistanzjat ruħha mid-deċiżjonijiet li ttieħdu matul il-laqgħat (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 39-42, 47-48)
2. Kompetizzjoni - Multi - Responsabbiltà in solidum għall-ħlas - Determinazzjoni tal-ammont tal-multa li għandha titħallas mill-impriża responsabbli in solidum - Impriża ċeduta diversi drabi matul il-ksur - Suċċessjoni fiż-żmien ta’ diversi kumpanniji parent (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 69-72)
3. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Evalwazzjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tar-realtà ekonomika fiż-żmien meta twettaq il-ksur (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 80-82)
4. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Rwol passiv jew emulattiv tal-impriża - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 3) (ara l-punti 92-94)
5. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Ammont massimu - Kalkolu - Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni - Dħul mill-bejgħ akkumulat tal-kumpanniji kollha li jifformaw l-entità ekonomika li taġixxi bħala impriża (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 5) (ara l-punti 112, 113, 115, 145)
6. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni - Ammont totali tal-multi li jaqbeż il-volum globali tas-suq rilevanti - Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità - Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) (ara l-punti 143-145)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 - Boroż Industrijali) li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Trioplast Wittenheim SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy