Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2010 – Il-Kummissjoni vs Hellenic Ventures et
(Kawża T-44/06)
“Klawżola ta’ arbitraġġ – Azzjoni għall-ħolqien u għall-iżvilupp ta’ fondi ta’ kapital tal-bidu – Xoljiment tal-kuntratt – Rikors ippreżentat kontra l-azzjonisti ta’ kumpannija – Inammissibbiltà – Rimbors tal-ammonti mħallsa bil-quddiem – Interessi”
1. Proċedura - Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 47-49, 54, 55)
2. Baġit tal-Komunitajiet Ewropej - Għajnuna finanzjarja Komunitarja - Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna (Artikoli 238 KE u 274 KE) (ara l-punti 85-89, 91, 94-96, 107, 108, 113, 116)
Suġġett
Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 238 KE, li permezz tiegħu l-Kummissjoni titlob li l-konvenuti jkunu kkundannati għar-rimbors ta’ ħlas bil-quddiem fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt “Seed Fund 601” konkluż bejn il-Kummissjoni u l-kumpannija konvenuta.
Dispożittiv
1)
Hellenic Ventures – Elliniki Etaireia Epicheirimatikis Protovoulias AE hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 70 000, flimkien ma’ interessi moratorji kkalkolati skont ir-rata legali Belġjana, mill-25 ta’ April 1999 sal-ħlas sħiħ tad-dejn.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Hellenic Ventures hija kkundannata għall-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta’ dawk sostnuti minn Konstantinos Katsigiannis, Panagiotis Chronopoulos u Nikolaos Poulakos.
4)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ K. Katsigiannis, P. Chronopoulos u N. Poulakos.
Full & Egal Universal Law Academy