Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008 – Astex Therapeutics vs UASI – Protec Health International (astex TECHNOLOGY)
(Kawża T-48/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva astex TECHNOLOGY – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ASTEX – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Restrizzjoni tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni għal trade mark – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 70-72)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Novembru 2005 (Każ R 651/2004-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Protec Health International Ltd u Astex Therapeutics Ltd.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Astex Therapeutics Ltd
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva astex TECHNOLOGY għal prodotti fil-klassi 5
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Protec Health International Ltd
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali ASTEX għal prodotti fil-klassijiet 5 u 24
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Astex Therapeutics Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy