Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Novembru 2011 – Fardem Packaging vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-51/06)
“Kompetizzjoni – Akkordji – Settur tal-boroż industrijali tal-plastik – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Multi – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva”
1. Kompetizzjoni - Akkordji - Ftehim u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku - Impriżi li jistgħu jinstabu fi ksur li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’akkordju globali - Kriterji - Obbligu tal-Kummissjoni li tispeċifika, fid-deċiżjoni tagħha, il-ksur skont l-impriża u l-pajjiż - Assenza (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 42-45)
2. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Partijiet mis-suq li huma miżmuma mill-impriża kkonċernata - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 97/C 372/03) (ara l-punti 54-59)
3. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Marġni ta’ diskrezzjoni rriżervat għall-Kummissjoni - Żieda tal-livell ġenerali tal-multi (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23) (ara l-punti 67, 69)
4. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Tqassim tal-impriżi kkonċernati f’kategoriji differenti - Kundizzjonijiet - Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23) (ara l-punti 77, 78)
5. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Ċirkustanzi attenwanti - Parteċipazzjoni, allegatament forzata, f’laqgħat ta’ impriżi li għandhom għan antikompetittiv - Assenza ta’ intenzjoni li tiġi ristretta l-kompetizzjoni - Element mhux rilevanti (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23) (ara l-punti 95-100)
6. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Nuqqas ta’ impożizzjoni jew tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata - Neċessità li l-aġir ikun iffaċilita l-konstatazzjoni tal-ksur mill-Kummissjoni - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni - Limiti - Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04) (ara l-punti 145-148)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4634 finali, tat‑30 ta’ Novembru 2005, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 – Boroż industrijali) li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll talba intiża għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Fardem Packaging BV hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy