Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Novembru 2011 – RKW u JM Gesellschaft für industrielle Beteiligungen vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-55/06 u T-66/06)
“Kompetizzjoni – Akkordji – Settur tal-boroż industrijali tal-plastik – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Multi – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi – Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ – Implementazzjoni – Legalità – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Ksur uniku u kontinwat – Ċirkustanzi attenwanti – Rwol esklużivament passiv – Obbligu ta’ motivazzjoni – Imputabbiltà ta’ aġir li jikkostitwixxi ksur”
1. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Kummissjoni mill-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 - Ksur tal-prinċipju ta’ nulla poena sine lege - Assenza (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 19, 20)
2. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Differenzi bejn impriżi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-ammont massimu - Ammissibbiltà (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 21, 24)
3. Kompetizzjoni - Regoli Komunitarji - Ksur - Multi - Determinazzjoni - Kriterji - Żieda tal-livell ġenerali tal-multi - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet - Obbligu ta’ motivazzjoni - Portata (Artikoli 81(1) KE u 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 31, 32)
4. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Rwol passiv jew emulattiv tal-impriża - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, l-ewwel inċiż tal-punt 3) (ara l-punti 81-83, 86, 87, 89)
5. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Waqfien tal-ksur wara l-intervent tal-Kummissjoni - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 3) (ara l-punt 94)
6. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Nuqqas ta’ impożizzjoni jew tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata - Tnaqqis minħabba n-nuqqas ta’ kontestazzjoni tal-fatti - Kundizzjonijiet (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04, punt 2 tat-Titolu D) (ara l-punti 101, 102)
7. Kompetizzjoni - Regoli Komunitarji - Ksur - Imputazzjoni - Kumpannija parent u sussidjarji - Unità ekonomika - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha - Obbligi probatorji tal-kumpannija li tixtieq tikkonfuta din il-preżunzjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 111-116)
Suġġett
Preliminarjament, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/F/38.354 – Boroż industrijali) u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
RKW SE u JM Gesellschaft für industrielle Beteiligungen mbH & Co. KGaA huma kkundannati għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy