Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Novembru 2007 – Marly vs UASI – Erdal (Top iX)
(Kawża T-57/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Top iX – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti TOFIX – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Talba għal prova ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti li ġiet ippreżentata għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza– Inammissibbiltà”
1. Trade mark Komunitarja - Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti Komunitarja (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 63(2) u 74(1)) (ara l-punti 15-18)
2. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti u servizzi identiċi jew li jixxiebhu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(b)) (ara l-punti 88 u 90)
Suġġett
Rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005 (Każ R 1147/2004-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Erdal GmbH u NV Marly SA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għal trade mark Komunitarja:
NV Marly SA
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva Top iX għal prodotti fil-klassi 3 – Applikazzjoni Nru 2326072
Proprjetarju tat-trade mark jew sinjal invokat/a in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Erdal GmbH
Trade mark jew sinjal invokat/a in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Trade mark verbali internazzjonali TOFIX għal prodotti fil-klassijiet 3 u 4
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
NV Marly SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy