Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Novembru 2011 – Stempher u Koninklijke Verpakkingsindustrie Stempher vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-68/06)
“Kompetizzjoni – Akkordji – Settur tal-boroż industrijali tal-plastik – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Multi – Preskrizzjoni – Prova tal-ksur”
1. Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur - Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni - Portata tal-oneru probatorju (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 25, 26)
2. Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Preskrizzjoni fil-qasam tal-azzjonijiet - Konsegwenzi (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 25) (ara l-punt 42)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali u talba ta’ tibdil tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 – Boroż industrijali).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 – Boroż industrijali), hija annullata sa fejn tirrigwarda lil Stempher BV u Koninklijke Verpakkingsindustrie Stempher CV.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy