Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2008 – Cassegrain vs UASI (Forma ta’ basket)
(Kawża T-73/06)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva – Forma ta’ basket – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 27, 28)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Diċembru 2005 (Każ R 687/2005-2), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Forma ta’ basket bħala trade mark Komunitarja
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Jean Cassegrain SAS
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva li tirrappreżenta basket għal prodotti fil-klassi 18 – Applikazzjoni Nru 003598571
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Jean Cassegrain SAS hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy