Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Frar 2012 — Budapesti Erőmű vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-80/06 u T-182/09)
“Għajnuna mill-Istat — Suq bl-ingrossa tal-elettriku — Kundizzjonijiet vantaġġużi mogħtija minn impriża pubblika Ungeriża lil ċerti produtturi tal-enerġija fil-kuntest ta’ ftehim għax-xiri tal-elettriku — Deċiżjoni li tinfetah il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Għajnuna ġdida — Kriterju ta’ investitur privat”
1. Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Atti li jipproduċu effetti legali — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ miżura statali li qed tiġi implementata suġġetta għall-klassifikazzjoni provviżorja bħala għajnuna ġdida — Ammissibbiltà (Artikoli 87(1) KE, 88(2) u (3) KE, u 230 KE) (ara l-punti 37-39, 41)
2. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida — Adeżjoni ta’ Stat Membru ġdid mal-Unjoni Ewropea — Distinzjoni fid-dawl tar-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni — Possibbiltà li miżura li inizjalment ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat tiġi kklassifikata bħala għajnuna ġdida — Kundizzjonijiet vantaġġużi mogħtija lil ċerti produtturi tal-elettriku Ungeriżi — Klassifikazzjoni bħala għajnuna ġdida (Artikoli 87(1) KE u 88(1) u (3) KE; Att ta’ Adeżjoni tal-2003, Anness IV; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 1) (ara l-punti 50, 51, 54-56, 59)
3. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat — Ftehim għax-xiri tal-elettriku li jiggarantixxi lill-produtturi tal-elettriku kwantità ta’ xiri minimu u r-remunerazzjoni tal-ispejjeż fissi u kapitali — Inklużjoni (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 65, 66, 69, 71, 77-79, 82)
4. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Settur li kien suġġett għal liberalizzazzjoni (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 95-97)
5. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni u li tordna l-ħlas lura tagħha — Possibbiltà għall-Kummissjoni li tħalli lill-awtoritajiet nazzjonali l-inkarigu li jikkalkolaw l-ammont preċiż li għandu jitħallas lura — Indikazzjoni ta’ metodoloġija ta’ rimbors fid-deċiżjoni finali — Għajnuna mill-Istat fis-suq tal-elettriku (Artikolu 88 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(1)) (ara l-punti 106-110, 113-115)
6. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Ftehim għax-xiri tal-elettriku li jiggarantixxi lill-produtturi tal-elettriku kwantità ta’ xiri minimu u r-remunerazzjoni tal-ispejjeż fissi u kapitali — Adozzjoni ta’ deċiżjoni waħda għall-ftehim ta’ xiri kollha wara eżami tax-xebh tal-ftehim kollha u l-elementi speċifiċi tagħhom — Ammissibbiltà (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 129-131)
7. Rikors għal annullament — Motivi — Użu ħażin ta’ poter — Kunċett (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 140)
8. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ għajnuna — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata (Artikoli 88(2) u (3) KE u 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 6) (ara l-punt 143)
Suġġett
Fil-Kawża T-80/06, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata lill-Ungerija permezz ta’ ittra tad-9 ta’ Novembru 2005, sabiex tinfetah il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE, dwar l-għajnuna mill-Istat C 41/2005 (ex NN 49/2005) — “Spejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati” fl-Ungerija, u , fil-Kawża T‑182/09, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/609/KE, tal-4 ta’ Ġunju 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 41/05 mogħtija mill-Ungerija permezz ta’ Ftehimiet għax-Xiri tal-Enerġija (ĠU 2009, L 225, p. 53).
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
2)
Budapesti Erőmű Zrt hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy