Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) ta’ l-24 ta’ Jannar 2008 – Dorel Juvenile Group vs UASI (SAFETY 1ST)
(Kawża T-88/06)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SAFETY 1ST – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunjiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 35, 38-39, 44)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI, tal-11 ta’ Jannar 2006 (Każ R 616/2004-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali SAFETY 1 ST bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Dorel Juvenile Group, Inc.
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali SAFETY 1ST għal prodotti fil-klassijiet 12, 20, 21 u 28 – Applikazzjoni Nru 2258697
Deċiżjoni ta’ l-eżaminatur:
Applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Dorel Juvenile Group Inc. hija kkundanata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy