Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2008 – Mülhens vs UASI – Spa Monopole (MINERAL SPA)
(Kawża T-93/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MINERAL SPA – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SPA – Raġuni relattiva għal rifjut – Reputazzjoni – Vantaġġ miksub inġustament mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
1. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 41-43)
2. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l-punt 33)
3. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b) u (5)) (ara l-punt 38)
4. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni (ara l-punt 39)
5. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l-punt 40)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Jannar 2006 (Każ R 825/2004-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV u Mülhens GmbH & Co. KG.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Mülhens GmbH & Co. KG
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali MINERAL SPA għal prodotti fil-klassi 3
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Numru ta’ trade marks li jinkludu l-isem SPA, irreġistrati fil-Benelux għal prodotti fil-klassi 32
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mülhens GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy