Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008 – Tsakiris-Mallas vs UASI – Late Editions (exē)
(Kawża T-96/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva exē – Trade mark verbali nazzjonali preċedenti EXE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tal-prodotti u tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 40)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Jannar 2006 (Każ R 1127/2004-2), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Late Editions Lts u Tsakiris-Mallas EPE (li saret Tsakiris-Mallas AE).
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Tsakiris-Mallas AE
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva exē għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 – Applikazzjoni Nru 2190015
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Late Editions Ltd
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark nazzjonali verbali għal prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa għal parti mill-prodotti
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Tsakiris-Mallas AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy