Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta' Settembru 2009 – Phildar vs UASI – Comercial Jacinto Parera (FILDOR)
(Kawża T‑99/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FILDOR – Trade mark nazzjonali semifigurattiva preċedenti PHILDAR – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FILDOR – Trade marks internazzjonali verbali u semifigurattivi preċedenti PHILDAR – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b), Artikoli 62 u 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l‑Artikoli 64 u 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 33, 68‑85)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Jannar 2006 (Każ R 245/2004-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Phildar SA u Commercial Jacinto Parera, SA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Comercial Jacinto Parera, SA
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali FILDOR għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 22 sa 26 – Applikazzjoni Nru 831834
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:
Phildar SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade marks verbali u figurattivi nazzjonali u internazzjonali FILDOR u PHILDAR għal prodotti fil-klassijiet 22 sa 26
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:
Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja inkwistjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni annullata
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta’ Jannar 2006 (Każ R 245/2004-2), hija annullata.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy