Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Novembru 2008 – Rajani vs UASI – Artoz-Papier (ATOZ)
(Kawża T-100/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ATOZ – Trade mark verbali internazzjonali preċedenti ARTOZ – Nuqqas tal-obbligu li tingħata l-prova ta’ użu ġenwin – Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ ħames snin – Data tar-reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti – Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikoli 73 u 79 tar-Regolament Nru 40/94 u Artikolu 6 tal-KEDB”
1. Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 35, 43-45, 49)
2. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 65, 66)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Jannar 2006 (Każ R 1126/2004-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Artoz-Papier AG u Deepak Rajani.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Deepak Rajani
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali ATOZ għal servizzi fil-klassijiet 35 u 41 – Applikazzjoni Nru 1319961
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Artoz-Papier AG
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali internazzjonali ARTOZ għal servizzi fil-klassijiet 35 u 41
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Deepak Rajani huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy