Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Jannar 2008 – Demp vs UASI – BAU HOW (BAU HOW)
(Kawża T-106/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BAU HOW – Trade marks figurattivi preċedenti BAUHAUS – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(a) u (b) u Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 43, 47-48)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tal-31 ta’ Jannar 2006 (Każ R 92/2004-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Demp BV u BAU HOW GmbH.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
BAU HOW GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva BAU HOW għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 8, 11, 19, 20, 36, 37 u 40 – Applikazzjoni Nru 1740133
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Demp BV
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Trade mark figurattiva BAUHAUS bħala trade mark tal-Benelux Nru 570351 u trade mark internazzjonali Nru 646757 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 6 sa 9, 11, 12, 16, 17, 19 sa 21, 25, 27, 31 u 40 kif ukoll l-Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Irlandiża Nru 2000/03158
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Demp BV hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy