Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Novembru 2007 – Wesergold Getränkeindustrie vs UASI – Lidl Stiftung (VITAL FIT)
(Kawża T-111/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva VITAL FIT – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VITAFIT – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Dritt għal smigħ – Obbligu ta’ motivazzjoni”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja -Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 39, 42, 45-47)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Frar 2006 (Każ R 3/2005-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lidl Stiftung & Co. KG u Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant tat-trade mark Komunitarja:
Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva VITAL FIT għal prodotti fil-klassi 32 – Applikazzjoni Nru 1457951
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Lidl Stiftung & Co. KG
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Trade mark nazzjonali verbali VITAFIT għal prodotti fil-klassi 32 – applikazzjoni Nru 1050163
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy