Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Marzu 2012 —
Fiskeri og Havbruksnæringens Landsforening et vs Il-Kunsill
(Kawża T-115/06)
“Dumping — Importazzjonijiet ta’ salamun li joriġina min-Norveġja — Regola tal-inqas dazju — Kalkolu tal-prezzijiet minimi tal-importazzjoni u tad-dazji stabbiliti”
1. Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Regolament li jistabbilixxi dazji antidumping — Dazji differenti imposti fuq serje ta’ impriżi — Ammissibbiltà limitata, għal kull impriża, għad-dispożizzjonijiet tar-regolament dwar l-importazzjonijiet magħmula tal-prodotti tagħha (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 85/2006) (ara l-punti 27-29)
2. Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Impożizzjoni ta’ dazju varjabbli kkalkolat b’riferiment għal prezz minimu ta’ importazzjoni — Determinazzjoni ta’ prezz minimu ta’ riferiment, skont ir-regola tal-inqas dazju, bil-paragun ta’ prezz minimu ta’ importazzjoni mingħajr dumping u ta’ prezz minimu ta’ importazzjoni li ma joħloqx dannu — Legalità (Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 9(4), Nru 85/2006, Artikolu 1(5), u Nru 1225/2009, Artikolu 9(4)) (ara l-punti 39-42)
3. Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Impożizzjoni ta’ dazju stabbilit — Determinazzjoni, skont ir-regola tal-inqas dazju, bil-paragun ta’ marġni medju kkunsidrat ta’ dumping u marġini medju kkunsidrat ta’ dannu — Paragun żbaljat minħabba kalkolu ħażin tal-marġni medju kkunsidrat tad-dumping — Illegalità (Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 9(4), Nru 85/2006, Artikolu 1(5), u Nru 1225/2009, Artikolu 9(4)) (ara l-punti 45-49, 52, 55, 58)
4. Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Impożizzjoni ta’ dazju varjabbli — Kalkolu b’riferiment għal prezz minimu tal-importazzjoni — Determinazzjoni tal-imsemmi prezz li jinvolvi prezz minimu tal-importazzjoni mingħajr dumping li jieħu inkunsiderazzjoni l-ispiża tal-produzzjoni fil-pajjiż terz ikkonċernat — Konverżjoni f’EUR tal-ispiża ta’ produzzjoni espressa f’munita nazzjonali — Applikazzjoni ta’ rata medja ta’ konverżjoni matul perijodu mhux adegwat fir-rigward taċ-ċiklu ta’ produzzjoni tal-prodott ikkonċernat — Illegalità (Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, Artikoli 2(5) u 9(4), Nru 85/2006, Artikolu 1(5), u Nru 1225/2009, Artikoli 2(5) u (9)(4)) (ara l-punti 75, 79-82)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006, tas-17 ta’ Jannar 2006, li jimponi dazju definittiv ta’ antidumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tas-salamun imrobbi li joriġina min-Norveġja (ĠU L 334M , 12.12.2008, p. 699).
Dispożittiv
1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006, tas-17 ta’ Jannar 2006, li jimponi dazju definittiv ta’ antidumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tas-salamun imrobbi li joriġina min-Norveġja, huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil Fiskeri og Havbruksnæringens Landsforening, Norske Sjømatbedrifters Landsforening, Salmar Farming AS, Hydroteck AS, Hallvard Lerøy AS u Lerøy Midnor AS.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn Fiskeri og Havbruksnæringens Landsforening, Norske Sjømatbedrifters Landsforening, Salmar Farming, Hydroteck, Hallvard Lerøy u Lerøy Midnor.
4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy