Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2008 – Helkon Media vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-122/06)
“Klawżola ta’ arbitraġġ – Programm ta’ inkoraġġiment għall-iżvilupp, id-disitribuzzjoni u l-promozzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA Plus) – Talba għall-ħlas ta’ għajnuna finanzjarja – Eżistenza ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Kumpens – Inammissibbiltà”
Proċedura – Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Kontestazzjoni tal-validità ta’ deċiżjoni ta’ kumpens (Artikoli 230 KE, 238 KE u 249 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002) (ara l-punti 43-53)
Suġġett
Rikors taħt l-Artikolu 238 KE, intiż għall-kundanna tal-Kummissjoni biex tħallas lir-rikorrenti somma allegatament dovuta skont il-kuntratt li jirrigwarda l-għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħti għall-proġett “Dark Blue World” (Proġett Nru 2002-4212-0103DI010006DE).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Helkon Media AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy