Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Jannar 2008 – Japan Tobacco vs UASI –Torrefacção Camelo (CAMELO)
(Kawża T-128/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva CAMELO – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CAMEL – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà li jittieħed vantaġġ inġust mill-karattru distintiv u mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti u nuqqas ta’ probabbiltà ta’ ħsara għal dawn ta’ l-aħħar – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Nuqqas ta’ ksur tar-regoli tal-proċedimenti ta’ appell – Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxiebhux (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 56-66)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tat-22 ta’ Frar 2006 (Każ R 669/2003-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Japan Tabacco, Inc. u Torrefacção Camelo L da .
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Torrefacção Camelo Lda
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark li fiha elementi figurattivi (ġemel, piramidi, palmi) u l-isem CAFÉ TORREFACTO CAMPO MAIOR CAMELO CAFÉ ESPECIAL PURO Torrefacção Camelo Lda CAMPO MAIOR-PORTUGAL, għal prodotti fil-klassi 30 – Applikazzjoni Nru 1469121
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Japan Tobacco, Inc.
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Trade mark nazzjonali figurattiva CAMEL għal prodotti fil-klassijiet 22 u 34
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni annullata
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Japan Tobacco, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
3)
Torrefacção Camelo Lda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy