Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ April 2008 – Rykiel création et diffusion de modèles vs UASI – Cuadrado (SONIA SONIA RYKIEL)
(Kawża T-131/06)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SONIA SONIA RYKIEL – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SONIA – Raġuni relattiva għal rifjut – Użu ġenwin mit-trade mark – Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet minn terzi u oppożizzjoni – Eżami ta’ l-oppożizzjoni – Prova ta’ l-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 38-44)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tat-30 ta’ Jannar 2006 (Każ R 329/2005-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cuadrado, SA u Sonia Rykiel création et diffusion de modèles.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Sonia Rykiel création et diffusion de modèles
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva SONIA SONIA RYKIEL għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 18 u 25 – Applikazzjoni Nru 1035625
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Cuadrado, SA
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Trade mark nazzjonali verbali SONIA għal prodotti fil-klassijiet 24 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda għal dak li jirrigwarda l-prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għat-trade mark ippreżentata għall-prodotti kollha li hija tkopri fil-klassi 25 miċħuda
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ Jannar 2006 (Każ R 329/2005-1) hija annullata.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy