Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2008 – TIM u TTV vs UASI – Past Perfect (PAST PERFECT)
(Kawża T-133/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali PAST PERFECT – Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Artikolu 7(1)(b) (ċ) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 7(2) ta’ dan ir-regolament”
Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(b) sa (d) u 51(1)(a)) (ara l-punti 31-41, 48, 53-55)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Frar 2006 (Każ R 150/2005-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn TIM The International Music Company AG u TTV Tonträger-Vertrieb-2000 GmbH minn naħa, u Past Perfect Ltd min-naħa l-oħra
Informazzjoni dwar il-kawża
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark verbali PAST PERFECT għal prodotti fil-klassi 9 – Applikazzjoni Nru 1984269
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:
Past Perfect Ltd
Partijiet li jitolbu dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:
TIM The International Music Company AG u TTV Tonträger-Vertrieb-2000 GmbH
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:
Talba miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
TIM The International Music Company AG u TTV Tonträger-Vertrieb-2000 GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy