Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Settembru 2007 – Glaverbel vs UASI (Nisġa ta’ wiċċ tal-ħġieġ)
(Kawża T-141/06)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta nisġa ta’ wiċċ tal-ħġieġ – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ prova tal-karattru distintiv miksub permezz ta’ l-użu”
1. Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti Komunitarja (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 135(4)) (ara l-punt 14)
2. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv - Eċċezzjoni - Kisba tal-karattru distintiv permezz ta’ l-użu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b), (2) u (3)) (ara l- punti 19-23, 32-40)
3. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Eċċezzjoni - Kisba ta’ karattru distintiv permezz ta’ l-użu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b) u (3)) (ara l-punti 35-38)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI, ta’ l-1 ta’ Marzu 2006, (Każ R 0986/2004-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark figurattiva li tirrappreżenta nisġa ta’ wiċċ tal-ħġieġ bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant tat-trade mark Komunitarja :
Glaverbel SA
Trade mark Komunitarja :
Trade mark figurattiva li tikkonsisti f’ disinn riprodott fuq wiċċ il-prodotti tal-klassijiet 19 u 21 – Applikazzjoni Nru 3183068
Deċiżjoni ta’ l-eżaminatur :
Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda għall-prodotti kollha
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell :
Appell Miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Glaverbel SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy