Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Frar 2008 – Sanofi-Aventis vs UASI – GD Searle (ATURION)
(Kawża T-146/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat- trade mark Komunitarja verbali ATURION – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti URION – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 71-73)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tat-3 ta’ Frar 2006 (Każ R 227/2005-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sanofi-Aventis SA u GD Searle LLC.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
GD Searle LLC
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali ATURION għal prodotti fil-klassi 5 – Applikazzjoni Nru 1662311
Proprjetarju tat-trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Sanofi-Aventis SA
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Trade mark nazzjonali verbali URION għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sanofi-Aventis SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy